Il-Partit Laburista bagħat lill-Ministru Chris Cardona biex jiddefendi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri. Ironikament, Chris Cardona ddefenda liż-żewġ persuni nvoluti fl-iskandlu tal-Panama waqt Konferenza tal-Aħbarijiet dwar l-istandards.
Fl-aħħar jiem saru allegazzjonijiet serji li Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, xaħħam lil wieħed mid-Diretturi tat-Times. Allegazzjonijiet li wasslu għas-sospensjoni u eventwalment ir-riżenja tal-istess Direttur.
Wara li saru l-allegazzjonijiet ta’ tixħim minn Keith Schembri lid-Direttur tat-Times, dan l-istess direttur ġie sospiż. Iżda min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu qed jiddefendi lil Keith Schembri.
Mistoqsi minn NETnews.com.mt, il-Ministru Chris Cardona qal ċar u tond li hu jaqbel ma’ kull deċiżjoni tal-Prim Ministru, u allura mad-deċiżjoni li Keith Schembri jibqa’ hemm, Ministri oħra Laburisti jinsabu skomdi bis-sitwazzjoni.
Ironikament, il-Ministru Chris Cardona ddefenda lil Keith Schembri waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar l-istandards li qed jistenna l-Partit Laburista.
Dwar dan, il-Partit Nazzjonalista qal li trid tkun Chris Cardona biex tiddefendi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi. Joseph Muscat tefa’ l-partit tiegħu f’sitwazzjoni tassew iddisprata, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>

