Segwi l-intervista li dehret fil-programm Replay Preview, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television, mal-eks attakkant tat-tim nazzjonali Malti, Floriana, Ħamrun Spartans, Naxxar Lions, Għargħur u Qrendi. F’din l-intervista Xuereb, li hu magħruf aħjar ma’ ħafna bħala ‘l-Webber’, jitkellem dwar l-istaġun meta rebaħ il-plejer tas-sena tal-MFA, meta kien offrut il-possibiltá li jissieħeb ma’ Newcastle United fl-Ingilterra, dwar il-ħames Kampjonati li rebaħ (erbgħa ma’ Floriana u wieħed ma’ Ħamrun) kif ukoll in-numru kbir ta’ promozzjonijiet li rebaħ ma’ Naxxar, Għargħur u Qrendi.
Xuereb għandu rekord uniku fil-futbol Malti li lagħab u skorja f’kull diviżjoni tal-MFA u baqa’ jilgħab il-futbol sa ma kellu 43 sena.
Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ Twistees, McVities, Carlsberg, GasanMamo Insurance, Best Deal Properties, King of Shaves u Malta Football Players Association.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.
//= $special ?>

