Ambjent Lokali

Il-MEPA se tirrevoka l-permess għat-twaqqigħ ta’ razzett f’ODZ fis-Siġġiewi

Il-MEPA ddeċidiet li tirrevoka l-permess mogħti f’Settembru, għat-twaqqigħ ta’ razzett fil-limiti tas-Siġġiewi u l-bini ta’ residenza minfloku f’inħawi ODZ, billi tinvoka Artiklu 77 wara rapport li rċeviet mid-Dipartiment tal-Agrikoltura.

Il-MEPA qalet li l-permess inħareġ fl-4 ta’ Settembru wara li l-applikant ippreżenta ittra uffiċjali mid-Dipartiment tal-Agrikoltura stess li kienet tikkonferma li r-razzett kien jintuża qabel is-sena 2000.

L-awtorità qalet li r-regoli tal-2014 u r-regoli preċedenti tagħha jippermettu l-bdil tal-użu minn razzett mitluq għal residenza jekk ikun hemm provi biżżejjed li r-razzett ikun ilu mitluq għal iktar minn 10 snin.