Edukazzjoni Lokali

Iż-żgħażagħ Maltin l-aktar li jħossuhom taħt pressjoni minħabba x-xogħol tal-iskola

Minn fost 42 pajjiż madwar id-dinja, iż-żgħażagħ Maltin huma l-aktar li jħossuhom taħt pressjoni minħabba x-xogħol tal-iskola.

Skont studju maħruġ mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa, jirriżulta li Malta għandha l-ogħla rata ta’ żgħażagħ ta’ 15-il sena li jħossuhom taħt pressjoni minħabba x-xogħol tal-iskola. Filfatt, 75% taż-żgħażagħ qalu li jħossuhom taħt pressjoni. Wara Malta tikklassifika l-Iskozja b’69.5%.

F’dan l-istudju mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa (WHO), ipparteċipaw mal-220,000 żagħżugħ u żagħżugħa minn 42 pajjiż differenti. Mill-istudju jirriżulta li ħafna miż-żgħażagħ huma kuntenti b’ħajjithom.

Malta meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra (sors: Quartz)

Quartz