Fl-Istati Uniti, l-Amerikani huma mistennija li jonfqu mat-€3.9 biljuni f’prodotti marbuta mal-festa ta’ San Patrizju.
Il-festa ta’ San Patrizju saret tkun iċċelebrata madwar id-dinja kollha, u fl-Istati Uniti hemm xejn anqas minn 125 miljun persuna li se jkunu qed jiċċelebraw din il-festa. Huma mistennija jonfqu medja ta’ €31 kull persuna.
Il-flus ma jintefqux fil-birra biss, iżda jintefqu ħafna flus ukoll f’dekorazzjonijiet, ħwejjeġ u anke ikel, bil-għan li dan il-jum ikun iċċelebrat bl-aħjar mod.
Ritratt: Xmara f’Chicago tingħata lewn aħdar f’Jum San Patrizju
//= $special ?>