Il-Qorti tal-Appell illiberat lill-ex Chief Projects Officer tal-Enemalta Richard Ferris ta’ 54 sena minn Tas-Sliema kien liberat li talab €40,000 f’tixħim biex jinfluwenza l-aġġudikazzjoni l-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Taqsima tal-Petrolium tal-Enemalta.
Oriġinarjament Ferris ma kinx instba ħati ta’ akkużi ta’ korruzzjoni mressqa f’mejju 2015 meta kien akkużata li irċieva tliet rigali mingħand George Frarugia., li kien ingħata l-maħfra presidenzjali fi Frar 2013 biex jikxef xibka ta’ korruzzjoni dwar ix-xiri ta’ żejt mill-Enemalta. Il-Qorti tal-Appell qalet li ma setax ikun stabbilit mill-Qorti tal-Maġistrati li Farrugia kien vittma ta’ xi telf finanzjarju minħabba li hu stess ta rigali tal-fidda li jiswew €8,000 f’total taħt l-ebda obbligazzjoni.
Minbarra li kien semma tixħim ta’ €40,000, Farrugia kien qal li hu speċifikament talab biex ir-rgali tal-fidda jingħataw lill-membri tal-bord. Hu kien xtara dawn ir-rigali billi uża l-fondi tal-jkumpnaija tiegħu Powerplan Ltd. Irriżulta li li Ferris żamm it-tliet platti tal-fidda, ħadhom għand Azzopardi Jewellers u bidilhom ma’ platt ieħor antik u xi oġġettio oħra. Dan il-platt kien meħud bħala evidenza wara li nstab fid-dar tal-akkużat.
Fil-proċeduri Ferris ċaħad l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni sakemm kien kontrontat minn George Farrugia fejn ammetta li kien irċieva r-rigali u bidilhom. Tul il-proċess ta’ ristrutturar, Ferris tkeċċa mill-Enemalta.
//= $special ?>

