Lokali

Marlene Farrugia: “Simon Busuttil kien konvinċenti waqt Dissett”

Il-preżentazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt il-programm Dissett tal-bieraħ filgħaxija, intlaqgħet tajjeb minn ħafna persuni li fuq il-media soċjali faħħru l-istil konvinċenti ta’ Simon Busuttil.

Wieħed mill-kummenti wasal mingħand id-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia, li fuq Facebook kitbet dwar kif Simon Busuttil kien konvinċenti ħafna waqt il-programm.

Waqt il-programm, preżentat minn Reno Bugeja, Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru għandu jgħid jekk hux involut hu fl-iskandlu tal-Panama ladarba għadu ma ħax azzjoni kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri, filwaqt li fakkar li għall-kriżi ta’ korruzzjoni qed iħallas il-poplu.

Agħfas hawn għal rapport dettaljat ta’ dak li ħareġ mill-intervista li xxandret ilbieraħ filgħaxija.

Ara l-aqwa siltiet mill-intervista fil-filmat t’hawn taħt