Atletika Sport

Rekord Nazzjonali fil-kategorija Cadet

Is-Sibt li għadda ġewwa t-track tal-Marsa fil-kategorija Cadet, Alessia Cristina waqqfet rekord nazzjonali ġdid fl-istess dixxiplina. B’ħin rekord ta’ 12.81 sekonda, l-atleta ta’ Pembroke AC kisret ir-rekord preċedenti ta’ 13.14 li kien ilu tnax-il sena.

B’hekk Cristina li għandha 12-il sena, saret l-ewwel mara fil-kategorija femminili cadet li waqqfet l-arloġġ taħt it-13-il sekonda. Għaliha dan kien id-debutt tagħha dan l-istaġun wara injury li żammitha ‘l bogħod mill-kompetizzjoni għal tmien xhur. Alessia Cristina għandha żewġ rekords fl-atletika wara li s-sena l-oħra għamel rekord nazzjonali ieħor fis-70 metru hurdles b’ħin ta’ 11.37 sekonda.