Diversi residenti ta’ Triq il-Ġarakol f’Ħal Għaxaq qedgħin jilmentaw mill-istat li tħalliet fiha din it-triq waqt xogħlijiet li qed isiru minn Transport Malta. Il-proġett fuq din it-triq ilu għaddej kważi xahrejn.
Nies li tkellmu magħna qalulna li t-triq tħalliet nofs leħja b’detriment għar-residenti, u dawk kollha li għandhom garage.
Jirriżulta li x-xogħol kellu jieqaf kaġun ta’ kawża li infetħet minħabba li biċċa mit-triq ittieħdet mingħand il-privat.
//= $special ?>


