Lokali

Deċiżjoni ridikola mill-Qorti li impjegati tal-Gozo Channel jerġgħu lura għax-xogħol – MEA

Għall-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem (MEA), id-deċiżjoni tal-Qorti li żewġ impjegati tal-Gozo Channel li nstabu ħatja li serqu mill-kumpanija li tħaddimhom jerġgħu jiddaħħlu jaħdmu, hi “ridikola u bla preċedent”.

Fi stqarrija, l-MEA qalet li din id-deċiżjoni tista’ tibgħat messaġġ ħażin lill-impjegati kollha fil-pajjiż. L-MEA qalet li agħar minn hekk, huma ddaħħlu lura għall-postijiet li kellhom fil-kumpanija, fosthom li jieħdu ħsieb il-flus.

L-MEA irringrazzjat ukoll lill-Pulizija għall-ħidma tagħhom, fost oħrajn biex jikkoreġġu dan “l-iżball fid-deċiżjoni tal-Qorti”.