Investigaturi Belġjani qalu li fl-appartament li fih sar rejd din il-ġimgħa f’subborg tal-kapitali Brussell, instabu l-marki tas-swaba’ ta’ Salah Abdeslam, l-unika terrorista li rnexxielu jaħrab wara l-attakki ta’ Pariġi tas-sena li għaddiet.
Il-midja Belġjana mhux qed teskludi li Salah irnexxielu jaħrab anki din id-darba waqt ir-rejd li sar nhar it-Tlieta u li fih terrorista li fetħet in-nar kontra l-Pulizija nqatlet.
Ir-rejd kien qed isir b’rabta mal-attakk ta’ Pariġi li fih 130 persuna nqatlu u fih ipparteċipaw anki l-Pulizija Franċiża.
Saleh, li għandu 26 sena, hu suspettat li kien eskorta t-tlieta li wettqu l-attakki suwiċida f’Pariġi fit-13 ta’ Novembru fl-iStade de France
Hu suspettat ukoll li hu kien qed jippjana attakk suwiċida ieħor f’Pariġi imma dan ma seħħx. Ħuh sploda lilu nnifsu f’bar f’Boulevard Voltaire waqt l-attakki.
Ħjiel importanti dwar l-attakki ta’ Pariġi
