Futbol Sport

Imnedija s-sitt edizzjoni tal-Goalkeeper Battle

Il-Ħamis filgħodu ġiet imnedija s-sitt edizzjoni tal-Goalkeeper Battle organizzata mill-gowlkipers Mario Muscat u Simon Grech.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir bejn l-4 u l-5 ta’ Ġunju fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa. Fiha mistennija jieħdu sehem aktar minn 250 gowlkiper fi tmien kategoriji. Dawn il-kategoriji jibdew minn kategorija ta’ taħt id-disa’ snin sa sezzjoni għall-kbar. Fost il-kategoriji hemm ukoll dik riservata għall-goalkeepers nisa. F’kull kategorija jistgħu jieħdu sehem massimu ta’ 32 gowlkiper. 32 gowlkiper se jkunu mqassma fi gruppi ta’ erbgħa u tnejn minn kull grupp se jgħaddu għall-fażi li jmiss.

Il-Goalkeeper Battle tintlagħab fuq żewġ minuti kull taqsima f’distanza żgħira bejn lasta u oħra bil-kobor tal-lasta determinat skond il-kategorija. Il-mistieden speċjali tal-edizzjoni se jkun il-gowlkiper ta’ Kalloni u tat-tim nazzjonali Malti Andrew Hogg.

Kull min jipparteċipa jingħata Macron kit, par ingwanti u medalja filwaqt li r-rebbieħa jingħataw trofew.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se jkollha wkoll l-iskop li jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Żemżem li tgħin sabiex jinġabru flus għall-kura tat-tfal morda bil-lukimja.

L-applikazzjonijiet għall-kategorija kollha infetħu lbieraħ u jagħlqu fil-21 ta’ Mejju u dawn jistgħu jinġabru minn nurseries madwar Malta fost diversi ażjendi u ħwienet kumerċjali oħra.

Għal akar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 79620045/ 99496628 jew jibgħat e-mail fuq grechsimon@gmail.com/keeperschool1@hotmail.com.