Futbol Sport

Jispikka l-konfront bejn Barcelona u Atletico Madrid

Partiti interessanti mill-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League hekk kif telgħu l-poloz illum f’Nyon. Jispikka l-konfront kollu Spanjol bejn Barcelona u Atletico Madrid b’Diego Simeone jipprova jkun il-kowċ li jelimina lit-tim ta’ Luis Enrique.

Wolfsburg li għaddew għall-ewwel darba mal-aħħar tmienja telgħu biex jilagħbu kontra l-Ispanjoli Real Madrid. Bayern Munich li eliminaw lil Juventus se jibdew l-ewwel leg f’darhom kontra Benfica filwaqt li l-Franċiżi ta’ PSG jittamaw li jgħaddu għas-semifinali għall-ewwel darba mill-1995 meta telgħu kontra l-unika tim Ingliż li fadal Manchester City.

L-ewwel leg se jintlagħbu bejn il-5 u s-6 ta’ April bit-tieni leg tintlagħab fit-12 u t-13 ta’ April.

 

Il-poloz telgħu hekk:

 

Wolfsburg v Real Madrid

Bayern Munich v Benfica

Barcelona v Atletico Madrid

PSG v Manchester City