Il-kowċ Ġermaniż Jurgen Klopp se jkun qed jaffronta lill-eks tim tiegħu meta Liverpool se jibdew l-ewwel leg barra minn darhom kontra Borussia Dortmund. Dan se jkun l-ewwel konfront għal Klopp kontra t-tim li wassalhom sal-finali tal-UEFA Champions League u l-emozzjonijiet se jiddominaw fl-ewwel konfront fis-Signal Iduna Park ta’ Dortmund.
Bħal poloz taċ-Champions League se jkun hemm konfront kollu Spanjol b’Athletic Bilbao li wkoll eliminaw lill-Ispanjoli ta’ Valencia se jilagħbu kontra l-holders Spanjoli Sevilla. Sparta Praga li eliminaw lil Lazio telgħu kontra l-Ispanjoli l-oħrajn ta’ Villarreal filwaqt li l-Portugiżi ta’ Braga se jaffrontaw lill-Ukreni ta’ Shaktar Donetsk.
Il-logħbiet se jintlagħbu fid-7 u fl-14 ta’ April.
Il-poloz telgħu hekk:
Braga v Shaktar Donetsk
Villarreal v Sparta Praga
Athletic Bilbao v Sevilla
Borussia Dortmund v Liverpool
//= $special ?>