Lokali

Konferma li x-xogħlijiet f’Ħal Għaxaq kellhom jieqfu

Filwaqt li kkonfermat li x-xogħlijiet fi Triq il-Ġarakol f’Ħal Għaxaq kellhom jiġu mwaqqfa minħabba mandat ta’ inibizzjoni maħruġ mill-Qorti, Transport Malta fi stqarrija kjarifikat li l-Awtorita’ ma ħadet l-ebda art privata.

Fl-istqarrija intqal illi Transport Malta ġiet imwaqqfa milli tkompli dawn ix-xogħlijiet waqt li kienet fil-proċess tal-asfaltar tal-imsemmija triq li kienet diġa ffurmata, u għaldaqstant obligu tal-istess Awtorita’ li tasfalta.

Kien il-Ħamis meta dan is-sit irrapporta l-ilmeti kbar li daħlulna mir-residenti minħabba li x-xogħol fuq din it-triq ewlenija f’Ħal Għaxaq waqaf nofs leħja.

Triq il-Garakol 1