Lokali

L-MV Malita bil-ħsara – kju twil għall-vapur tal-Gozo Channel

Persuni li kienu qed jippjanaw li jqattgħu tmiem il-ġimgħa f’Għawdex ilhom ħin twil jistennew li jirkbu fuq il-vapur. Dan bil-konsegwenza li nġema’ kju twil ħafna.

Jirriżulta li l-problema nħolqot wara li l-MV Malita żviluppatlu l-ħsara u b’hekk is-servizz bejn iż-żewġ gżejjer qed jaħdem b’żewġ vapuri minflok tlieta.

Biex is-sitwazzjoni tkompli tiggrava, il-Malita hu wieħed mill-vapuri li jgħabbu l-vetturi kemm fuq kfi ukoll isfel.

F’xi mumenti l-kju wasal sal-Bajja tal-Għadira, b’ħafna karozzi tal-linja jispiċċaw imwaħħla fit-traffiku. Dan ikkawża wkoll dewmien u problemi kbar fit-trasport pubbliku taż-żona.