Lokali

Roħs qawwi ta’ jumejn minn Ryanair

Il-linja tal-ajru Ryanair qed tniedi roħs qawwi fuq jumejn għall-biljetti tal-ajru minn jew lejn Malta.

Il-kumpanija ħabbret dan dalgħodu hekk kif spjegat li qed toffri roħs ta’ 20% għall-biljetti mixtrija bejn illum u għada, bi vjaġġar bejn l-1 t’April u t-30 ta’ Ġunju.

Ir-roħs hu fuq kull rotta minn jew lejn Malta u d-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżvezja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, ir-Renju Unit, Spanja u l-Ungerija. Jistgħu jinxtraw sa nofsillejl tal-Ħadd li ġej mis-sit elettroniku Ryanair.com.

Chiara Ravara, is-Sales and Marketing Manager għal-Lvant tal-Mediterran għal Ryanair qalet li l-linja tal-ajru qed tkompli żżid it-traffiku u r-rotot minn u lejn Malta u trid tiċċelebra dan it-tkabbir. Fissret li klijenti u viżitaturi minn Malta jistgħu jagħżlu minn 37 rotta differenti minn jew lejn Malta imma jridu jgħaġġlu għax dawn il-prezzijiet imraħħsa huma biss għal jumejn.