L-Oppożizzjoni tesprimi sodisfazzjon għal-Liġi li ġiet approvata l-Erbgħa biex il-Lingwa tas-Sinjali Maltija tiġi rikonoxxuta bħala Lingwa Uffiċjali Maltija.
Il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni ressaq numru ta’ emendi biex il-Liġi mressqa oriġinarjament tissaħħaħ.
Wara li tat is-sehem tagħha f’kull stadju fil-Parlament, l-Oppożizzjoni vvutat favur l-aħħar Abbozz ta’ Liġi.
Fi stqarrija dwar dan, il-Partit Nazzjonalista awgura l-isbaħ xewqat lill-komunità kollha tal-persuni neqsin mis-smigħ.
//= $special ?>

