Il-mexxejja tal-UE miġbura fi Brussell qablu fuq pjan ta’ azzjoni biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati.
Il-ftehim intlahaq fis-sighat bikrin ta’ dalgħodu wara diskussjonijiet twal, imfissra bhala “movimentati”. Issa jmiss li dan il-ftehim, illum stess, jigi diskuss mal-Prim Ministru Tork illi wasal fil-kapitali Belgjana dalgħodu.
Skont l-abbozz ta’ ftehim, ir-refuġjati kollha li se jaslu fil-Greċja mit-Turkija, se jibdew jintbatu lura. Bi tpattija għal dan, l-UE lesta toffri ghajnuna finanzjarja lill-Gvern Tork u aċċess għal xi pajjiżi taz-zona Schengen.
//= $special ?>