Salah Abdeslam li kien arrestat il-Ġimgħa filgħaxija wara rejd drammatiku f’Molenbeek, subborg ta’ Brussel, qed ikun rapportat li qed jikkoopera mal-Pulizija.
Abdelslam, li għal dawn l-aħħar erba’ xhur kien l-aktar persuna mfittex fl-Ewropa wara li kien parteċipa mill-attakki tal-ISIS ta’ Novemrbu tas-sena li għaddiet f’Pariġi u li fihom inqatlu mal-130 persuna.
L-arrest tiegħu seħħ hekk kif fl-istess belt kien qed isir summit tal-Unjoni Ewropea u preżneti kien hemm fost l-oħrajn il-President Franċiż Francois Hollande li fil-pront ħabbar li Franza kienet se titlob l-estradizzjoni ta’ Abdelslam.
Sven Mary, l-avukat ta’ Abdelslam, iżda żied li l-klijent tiegħu kien qed jirrifjuta li jkun estradat lejn Franza.
Abdelslam hu l-unika terrorista tal-attakki ta’ Pariġi li kien għadu ħaj. L-oħrajn mietu waqt li kienu qed iwettqu l-attakki jew wara f’rejds mill-Pulizija.
Abdeslam qed jikkoopera mal-Pulizija
