Minkejja li llum hi festa pubblika, bosta ħaddiema tal-Gvern kmieni dalgħodu ntbagħtu mill-ġdid f’Marsalforn biex fi kliem sorsi qrib dawn ix-xogħlijiet “ilestu kemm jista’ jkun malajr ix-xogħol li qed isir.”
Dan hekk kif il-Gvern ippermetta li titneħħa waħda mill-karreġġjati fuq il-pont li jgħaqqad il-Menqa max-Xatt u titkabbar il-bankina biex tinqeda persuna waħda.
L-għaġġla biex jitlesta kemm jista’ jkun il-proċess u l-każ ifittex jingħalaq qed tkompli tqajjem dubji, u kollox jindika li x-xogħol irid jitlesta sal-Għid il-Kbir, biex min għandu jinqeda jkun jista’ jestendi l-ħidma tiegħu f’din il-festa importanti.
//= $special ?>