Lokali

Il-Knisja tniedi il-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’

Il-protezzjoni tal-ħajja, l-inkluzjoni soċjali, is-servizz fl-ezerċizzju tal-poter, il-ħarsien tal-ambjent u s-Sena tal-Ħniena li ħabbar il-Papa Franġisku huma wħud mit-temi varji li l-Arċisqof Charles J. Scicluna jitratta fl-omeliji tiegħu matul din l-aħħar sena, u li ser jiġu ppublikati fil-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’.

Fi stqarrija l-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ħabbar il-publikazzjoni ta’ ktieb fl-okkażjoni tal-ewwel sena mill-Ingress Solenni tal-Arċisqof, li sar fil-21 ta’ Marzu 2015.

Il-ktieb jinkludi l-messaġġi u l-omeliji ta’ Mons. Scicluna, aktar minn mitt diskors b’kollox, mill-bidu tal-ħatra tiegħu bħala Amministratur Appostoliku fit-18 ta’ Ottubru 2014, saċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re li temmet l-aħħar sena liturġika, fit-22 ta’ Novembru 2015.

Il-ktieb qed jiġi offrut bi prezz imraħħas (pre-publication offer) ta’ 12-il Ewro, flok 20 Ewro, għal dawk li jordnawh sa nhar it-Tnejn 4 ta’ April 2016.

Il-ktieb huwa sponsorjat mill-APS Bank.