Ambjent Lokali

Ir-rebbiegħa ser tibda b’temparaturi għola mill-medja!

Nhar it-Tnejn li ġej, il-21 ta’ Marzu, tiġi fi tmiemha b’mod uffiċjali ix-xitwa sabiex b’hekk jingħata bidu għar-rebbiegħa. Jidher iżda li l-ewwel jiem tar-rebbiegħa ser ikunu aktar qishom l-ewwel jiem tas-sajf hekk kif qed jiġi jbassar li t-temparatura sa nhar it-Tlieta li ġej tista’ titla anke sa 25 grad celcius. It-temp matul il-ġimgħa d-dieħla mistenni jibqa’ xemxi bit-temparaturi jinżlu lura għal 18 il-grad celcius nhar il-Ħamis.

L-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ddeskriva lil Frara bħala l-aktar xahar sħun u xott f’aktar minn 90 sena f’Malta.

Xjentisti qegħdin jgħidu li dawn huma kollha sinjali tal-fenomenu msejjaħ El Nino fejn it-temparatura globali mistennija tkompli tgħola.

Fl-Istati Uniti s’issa it-temparatura kienet saħansitra medja ta’ 5 gradi celcius aktar minn normal meta kkomparat ma’ l-aħħar mitt sena.