Internazzjonali

Jiġġarraf ajruplan tal-linja low-cost FlyDubai fir-Russja

Ajruplan tal-linja tal-ajru low-cost FlyDubai ġġarraf fil-belt Russa ta’ Rostov-on-Don fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu u ħalla l-55 passiġġier abbord u s-7 membri tal-ekwipaġġ mejta. Għadu mhux ċar x’wassal għat-tiġrif li seħħ waqt l-inżul, meta l-ajruplan kien mitejn u ħamsin metru għola mill-art.

L-ajruplan Boeing 737-800 kien qiegħed fuq titjira minn Dubai għal belt Russa ta’ Rostov-on-Don li hija madwar 950 km il-bogħod minn Moska. Huwa maħsub li l-maġġoranza assoluta tal-passiġieri kienu Russi.

It-tiftix diġa beda għal kaxxa s-sewda sabiex l-investigazzjoni dwar dan l-inċident ikrah tkun tista ssir taf aktar dwar x’wassal għall-inċident għalkemm mhux eskluż li riħ qawwi u viżibilita’ fqira setgħu kienu fatturi.

FlyDubai hija linja tal-ajru low-cost mwaqqfa fl-2009 u topera titjiriet lejn aktar minn 90 destinazzjoni.ajru