Wara li l-bieraħ ġie rrapurtat kaos fit-terminal taċ-Ċirkewwa, is-sitwazzjoni dalgħodu jidher li baqgħet l-istess hekk kif l-vapur tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu telaq iktar minn 20 minuta tard.
Sorsi li tkellmu ma’ Netnews.com.mt qalu li s sewwieqa tal-karozzi kellhom jidħlu u jdawru fil-vapur stess hekk kif il-bieba tal-vapur MV Malita ma kinietx qed tinfunzjona.
Dan ħoloq taħwid kbir b’inkonvenjent għas-sewwieqa. Passiġiera fuq il-vapur ilmentaw ukoll dwar kjuwijiet esaġerati biex jinqdew mill-cafeteria. Dan għaliex ma kienx hemm ħaddiema biex jaqduhom.
//= $special ?>