Lokali

Konfermata sentenza dwar żlealta ta’ mara fuq manteniment

Il-Qorti tal-Appell kiriminali preseduta mill-Imħallef Edwina Grima ikkonfermat sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati fil-konfront ta’ Juanita Fenech, li kienet kundannat sentenza ta’ ħabs sospiża u interdezzjoni ġenerali.

L-akkużi fil-konfront ta’ Juanita Fenech kienu li fl-1 ta’ Awwissu 2012 u fis-6 ta’ Settembru 2012 bil-qerq ħolqot ċirkostanza mhux minnha u mhix veritera kontra persuna, li ddenuzjat lill-Pulizija reat li kienet taf li ma sarx, li ħolqot traċċi ta’ reat b’mod li jistgħu jinbndew proċeduri kriminali kontra persuna u li akkużat persuna quddiem awtorità komptenti b’reat meta kienet taf li dik il-persuna kienet innoċenti.

Fit-23 ta’ Ġunju 2015 il-Qorti tal-Maġistrati sabet lil Juanita Fenech ħatja ta’ dawn l-akkużi u kkundannata sitt ħabs ħabs sospżi għal erba’ snin. Fenech ingħatat ukoll interdettezzjoni ġenerali għal ħames snin. Fl-24 ta’ Lulju 2015 Juainta Fenech appellat mis-sentenza.

Il-każ jikkonċerna manteniment mir-raġel taal-akkużata fejn irriżulta li kien missier Fenech li kien qed jieħu ħsieb iżomm notament u rendikont tal-pagamenti li kienu saru minn żewġha u bosta drabi kien jaġixxi bla ma jikkonuslta ma’ bintu, kif għamel f’dan il-każ. Fenech qalet li ma kienet taf b’xejn u qalet ukoll li missierha seta’ ħa żball. F’dan il-kuntest hu ċar li faċilmentt seta’ kien hemm żball kommess b’mod ġenwin mill-missier, li hu persuna anzjana.

Madankollu, qalet il-Qorti, il-mantteniment kien jgħaddi minn diversi idejn qabel jasal għand Fenech foshotm mingħand l-avukati tal-partijiet.

Is-Segretarja tal-Avukat Stephen Thake xehedt li ġieli rat lil minuri jiftaħ l-envelope fil-lift. Kien konfermat li fil-verità minuri ddepożita cheque ta’ E600 fil-kont tiegħu għalkemm ma jririżultax li dan iċ-cheuqe jirriferi għall-ħlas ta’ manteniment.

Il-Qorti tal-Appell ikkunsidrat li Fenech qalet qalet li meta ressqet il-kwerela quddiem il-Qorti hi kienet qed tistrieħ fuq informazzjoni li kien għaddielha missierha u għalhekk aġixxiet b’sens ġenwin u li kienet l-avukata tagħha li ħejjiet il-kwereli li fihom kien hemm informazzjoni żbaljata.

Il-Qorti tal-Appell qalet li jidher li l-akkużata qed tipprova twaħħal f’kulaħdd minbarra fiha nnfusha. Hi qed tallega li l-iżball kien ta’ missierha u tal-avukata. Dan hu tentattiv fjakk u żjleali biex l-akkużata taħrab mir-repsonsabbiltà tagħha. Dan qed isir mhux biss lejn nies għeżiez tagħha bħal missierha iżda wkoll lejn l-avukat li kienet qed timxi mal-istruzjzonijiet mogħtija lilha mill-klijenta tagħha, sostniet il-Qorti tal-Appell.

Il-Qorti tal-Appell qalet li l-każ li ressqet l-akkużata hu fjakk wisq u ma jistax iwassal lill-Qorti tal-Appell biex tilqa’ l-appell tal-akkużata. Għalhkek il-Qorti tal-Appell Kriminali ikkonfermat is-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati fil-konfront ta’ Juanita Fenech.