Għal ħabta tal-11 ta’ filgħodu fit-Turkija, splużjoni seħħet fil-qalba ta’ Istanbul, propju fit-triq Istiklal, viċin il-pjazza Taksim. L-aħħar rapporti qed jgħidu, li hemm 4 vittmi li mietu fuq il-post u 36 persuna oħra midruba, li 12 minn dawn kienu ta’ nazzjonalita barranija.
S’issa ħadd għadu ma ħa responsabilita’ għal dan l-attakk terroristiku, minkejja li l-Gvern Tork f’dawn l-aħħar sensiela ta’ attakki fuq it-Turkija, ikkundanna lill-militanti Kurdi. Il-bomba seħħet minn attakk suwiċida fi triq frekwentata minn numru kbir ta’ nies.
Din l-imsemmija triq, hi triq turistika li numru kbir ta’ nies iżuru ta’ kuljum minħabba l-popolarita’ tal-ħwienet u l-fatt li hi żona kummerċjali.
Dan l-attakk seħħ wara li l-ġimgħa l-oħra l-kapitali Torka Ankara ġiet attakkata u mietu 37 persuna.
//= $special ?>