Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident fi Triq Psaila f’Birkirkara fejn tifel ta’ 3 snin itajjar minn karozza.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Mosta filwaqt li huwa maħsub li t-tifel huwa minn Għawdex.
Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lit-tifel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li m’għandux ġrieħi gravi.
//= $special ?>

