Aġġornata: Wara li lbieraħ voluntiera tal-Association for Abandoned Animals salvaw il-kelba li spiċċat miżbugħha aħdar mir-Rabat, issa sar magħruf li din hi l-istess kelba li kienet rappurtata nieqsa madwar xahar u nofs ilu.
Il-voluntiera ħaslu lill-kelba, tant li ħafna mill-kulur beda jitlaq, u fis-sigħat li ġejjin mistennija tingħaqad mill-ġdid mal-familja tagħha.
Sfortunatament jidher li l-kelba għaddiet minn tbatija fl-aħħar ġimgħat, hekk kif tilfet ħafna mill-piż tagħha.
Aktar kmieni: Persuna jew persuni mhux magħrufa ddeċidew li biex jiċċelebraw il-festa ta’ San Patrizju, kellhom jiżbgħu b’kulur aħdar lil kelb li aktarx hu ‘kelb tal-fenek.’
Dan il-kelb deher fl-inħawi ta’ Ħ’Attard minn persuna li ħaditlu ritratt. Minkejja dan, persuni li jieħdu ħsieb annimali abbandunati marru fil-post imma baqgħu ma lemħuħx.
Qed ikun suġġerit li dan il-kelb hu l-istess wieħed li kien rappurtat nieqes xi jiem ilu minn sidien ta’ kelb li ntilef. Madankollu l-istat li jinsab fih dan il-kelb, miżbugħ totalment aħdar, jagħmilha diffiċli biex jintagħraf.
//= $special ?>


