Lokali

Appell għat-talb għall-Arċisqof Emeritu Joseph Mercieca

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħareġ appell għat-talb hekk kif il-kundizzjoni ta’ saħħet l-Arċisqof Emeritu Joseph Mercieca mhix tajba.

Fil-messaġġ tiegħu l-Arċisqof Scicluna qal li Mercieca “qed iħejji l-vjaġġ qaddis lejn Dar il-Missier.”

12516340_10154002772303582_173794144_n

Mercieca llum għandu 87 sena u hu mir-Rabat, Għawdex. Hu serva bħala l-Kap tal-Knisja Kattolika f’Malta bejn l-1976 u l-2006 qabel postu ttieħed mill-Arċisqof Emeritu Paul Cremona.

L-Arċisqof Emeritu Joseph Mercieca ġie ordnat bħala saċerdot fit-8 ta’ Marzu 1952.