Kurżitajiet Lokali

Il-ħanut tant renomat għall-pastizzi ‘is-Serkin’ jinsab għall-bejgħ – se jiżvela s-sigriet tiegħu

Illejla waqt l-aħbarijiet ta’ Net News fis-7.30pm se tiġi mxandra intervista qasira ma’ sid il-ħanut Crystal Palace fir-Rabat, magħruf aktar man-nies bħala tas-Serkin. Dan wara, li ġie mħabbar li l-ħanut tant renomat għall-pastizzi jinsab għall-bejgħ.

Fil-kummenti tiegħu, sid il-ħanut se jitkellem dwar is-sigriet ta’ kif kemm missieru u kif ukoll hu irnexxilhom jieħdu din il-fama madwar pajjiżna.