Lokali

Inċident tat-traffiku fl-Imsida

Għal ħabta tal-7.50 ta’ filgħodu, seħħ inċident fi Triq il-Marina fl-Imsida hekk kif raġel ta’ 26 sena, residenti l-Gżira, ħabat ġo siġra waqt li kien qed isuq vettura kummerċjali Hyundai H100.

Ir-raġel ittieħed mal-ewwel l-isptar Mater Dei għall-kura, iżda ma jinsabx f’kundizzjoni kritika.

It-triq ingħalqet temporanjament u l-karozzi tħallew jgħaddu mill-bus lane.

Aktar dettalji hekk kif jaslu.