Libjan ta’ 26 sena jinsab f’qagħda kritika wara li allegatament kien involut f’argument fi Triq il-Kavetta, f’San Pawl il-Baħar, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu.
Malli wasal ir-rapport, fuq il-post marru immedjatament ammont ta’ Pulizija li sabu lir-raġel f’għadira demm hekk kif jidher li safa’ aggredit b’oġġett li jaqta’ u bil-ponta.
Iż-żagħżugħ ittieħed immedjatament l-isptar Mater Dei għall-kura waqt li dwar dan il-każ infetħet inkejsta maġisterjali.
//= $special ?>

