Lokali

Raġel f’qagħda kritika wara inċident tat-traffiku f’Birżebbuġia

habta
Incident

Serb ta’ 22 sena resident f’Birżebbuġa jinsab f’qagħda kritika wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, f’Birżebbuġa stess, għall-ħabta tad-21.15 ta’ filgħaxija.

Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li ż-żagħżugħ, li kien qed isuq vettura tat-tip Kia Picanto, għal xi raġuni kellu impatt ma’ Mercedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 40 sena mill-Mosta li kienet għaddejja f’direzzjoni opposta.

Għal xi ħin barrani ieħor, li kien passiġġier fl-istess karozza mas-Serb, ukoll kien f’qagħda kritika iżda iktar tard ġie ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu biex joħorġu lill-barranin mill-vetturi tagħhom qabel ittieħdu b’emerġenza lejn l-isptar Mater Dei.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali bl-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.