Lokali

Riċeviment f’għeluq snin il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum jagħlaq 47 sena.

Biex ikun iċċelebrat dan il-jum, ilbieraħ filgħaxija, mijiet attendew għall-attivita’ soċjali f’Cafe del Mar fil-Qawra. F’atmosfera sabiħa, dawk preżenti laqgħu lil Simon Busuttil u awgurawlu ħafna aktar snin ta’ saħħa u ħidma b’risq il-pajjiż u b’risq il-Partit.

F’diskros qasir tal-okkażjoni, il-Kap tal- Partit Nazzjonalista rringrazzja lil dawk preżenti, mhux biss tal-awguri, iżda wkoll tal- kuraġġ li jsib mingħandhom ta’ kuljum waqt ħidma politika tiegħu partikolarment minn meta ħa f’idejh it-tmun tal-Partit Nazzjonalista mill-2013.

Simon Busuttil ħa l-okkażjoni biex ifakkar kif jekk naħdmu flimkien biss, nistgħu naraw li pajjiżna jkollu dak il-Gvern li jħares lejn l-interessi ta’ kulħadd bl-istess mod. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rrefera fħan-numru ta’ proposti li diġa ġewippreżentati u li jagħmlu minn dan il-Partit gvern alternattiv. Hu spega kif il-Partit li jmexxi dejjem ra li jħaddem politika li ddur man-nies għal kontra tal-Gvern Laburista li dejjem jara li miegħu igawdu biss tal-qalba. Hu għalhekk li fil-ġimgħat li għaddew tenna l-missjoni politika tiegħu personali li jnaddaf il-politika.

Simon Busuttil temm id-diskors billi awgura lil dawk preżenti biex ikomplu jgħinu ħalli l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista jasal dejjem aktar.

Ikkummenta