Internazzjonali

Spanja: Talanqas 14 mejtin f’inċident b’ xarabank tal-istudenti

epa05222051 Emergency services' members work at the site of a coach crash that has left at least 14 students dead at the AP-7 motorway in Freginals, in the province of Tarragona, northeastern Spain, 20 March 2016. The coach carrying dozens of Erasmus students collided against a car and overturned on the pavement. The students from several different countries were heading to Barcelona after attending Las Fallas Festival in Valencia, eastern Spain. EPA/JAUME SELLART

Mietu talanqas 14 il-persuna meta xarabank mgħobbi bi studenti barranin kien involut f’inċident fi triq ewlenija bejn l-ibliet ta’ Barċellona u Valencia.

Il-maġġoranza fost is-57 persuna fuq ix-xarabank kienu studenti involuti mal-programm Erasmus. Huma kienu qed jirritornaw lejn Barċellona wara żjara f’sit fejn kien qed jittella’ festival tal-logħob tan-nar. Intant, madwar 40 oħra ndarbu f’dan l-inċident li seħħ fl-inħawi ta’ Freginals, fil-provinċja ta’ Tarragona u lejn in-Nofsinar ta’ Barċellona.

Il-Ministru tal-Intern għar-reġjun ta’ Katalonja, Jordi Jane, qal ftit ilu li x-xufier tax-xarabank ‘daħal ġo lqugħ tal-ħadid mal-ġenb ta’ triq u, bl-impatt, spiċċa fuq in-naħa l-oħra tat-triq fejn laqat vettura oħra li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta’. Mifhum li ndarbu żewġ persuni li kienu fil-vettura partikolari.

Ingħad ukoll li x-xufier tax-xarabank salva ħajtu fl-inċident u, fl-aħħar sigħat, kien qed jgħin l-istħarriġ tal-Pulizija.