Il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama, u l-familja tiegħu se jaslu dalwaqt f’Kuba bħala avveniment ieħor importanti fil-proċess ta’ avviċinament bejn l-Istati rivali storiċi. Fil-fatt, hemm stennija kbira għall-programm tal-President Amerikan ‘qalb il-Kubani’ meta Kuba kienet ilha avversarju qalil ta’ Washington sa minn qabel it-twelid ta’ Obama.
Obama se jdum f’Kuba għal jumejn u nofs u l-programm jinkludi laqgħat mal-President Kuban Raul Castro, kif ukoll ma’ numru ta’ imprendituri u dissidenti.
Obama, fl-istess ħin, m’għandux jagħti xi ultimatum lill-President Castro dwar id-drittijiet tal-bniedem f’Kuba. Iżda, kemm idum f’Kuba, Barack Obama lanqas mhu se jimpenja ruħu biex jagħlaq il-programmi tad-demokrazija li qed imexxu l-Amerikani fil-pajjiż u li jmorru kontra l-politika tal-Gvern komunista ta’ Castro.
Intant, iż-żjara ta’ Obama f’Kuba għandha sinifikat kbir simbolika u tirrappreżenta l-bidu ta’ era ġdida ta’ komunikazzjoni bejn Washington u Havana li kapaċi jixprunaw l-ivvjaġġar u l-kummerċ fuq livell bilaterali.
Filwaqt li l-avveniment ifakkar ukoll fid-diżgwid storiku u ideoloġiku bejn żewġ Stati, Obama hu determinat li jagħmel li jista biex ikattar il-bidliet politiċi li saru fuq inizjattiva tiegħu u skont ix-xewqa tal-poplu tal-Istati Uniti.
//= $special ?>