Il-Fondazzjoni Lino Spiteri nediet il-kampanja ‘I am Able, li titratta f’kampanja ta’ natura edukattiva matul il-ġimgħat li ġejjin.
Kif l-isem juri, il-kampanja edukattiva se timmira biex turi li f’kull persuna diżabbli hemm l-abbilta’. Il-kampanja se tkun qegħda tħeġġeġ biex is-soċjeta’ tagħna tħares lejn persuni b’diżabbilita’ b’lenti differenti, u mhux bħala nuqqas iżda bħala opportunita’.
Skont il-Fondazzjoni Lino Spiteri, l-inspirazzjoni għal din il-kampanja ġiet minn riċerka minn persuni bi bżonnijiet speċjali stess. L-istqarrija tkompli billi tgħid li hi ċara li dawn il-persuni ma jridux lil min jitħassarhom, iżda jixtiequ li jiġu kkunsidrati bħala ugwali, partikolarment meta jiġu biex japplikaw għall-postijiet tax-xogħol.
Il-Fondazzjoni Lino Spiteri ġiet mwaqqfa biex tgħin persun bi bżonnijiet speċjali isibu xogħol, billi jsibu kumpaniji u jqabblu l-ħiliet individwali tal-persuna ma’ dawk li huma rikjesti mix-xogħol partikolari. Il-fondazzjoni tistqarr li hi tifhem li l-għajnuna rikjesta tkun fuq perjodu itwal sakemm l-individwu jidra fuq il-post tax-xogħol il-ġdid. Għaldaqstant, il-fondazzjoni tappella li l-għajnuna qegħda biss telefonata l-bogħod.
Id-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Lino Spiteri inkuraġġixxa kemm lil min iħaddem u kif ukoll lill-pubbliku inġenerali sabiex ma jħarsux lejn in-nuqqasijiet, iżda aktar lejn l-abbiltajiet u l-kapaċitajiet tal-persuna.
//= $special ?>

