Anzjana u xi ġirien tagħha ħelsuha ħafif, għalkemm kellhom jiġu evakwati minn appartament wara li tumble dryer ikkawża nirien qawwija. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9am meta t-tumble dryer li kien fil-kamra tal-banju tal-appartament, fir-raba’ sular tal-blokka fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.
Numru ta’ ġirien daħlu fl-appartament biex jassistu lill-anzjana. Madankollu, anke huma spiċċaw inqabdu fin-nirien u ma setgħux joħorġu mill-appartament. Fil-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li għenu lill-persuni joħorġu mill-appartament u kkontrollaw in-nirien.
Fil-post issejjaħ ukoll tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjana u wħud mill-ġirien, li belgħu xi duħħan. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ, filwaqt li parti kbira minn Triq it-Torri tinsab magħluqa għat-traffiku.
//= $special ?>

