“Jien qiegħed hawn biex nagħmel id-differenza”. Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’intervista mal-portal tal-aħbarijiet MaltaToday.com.mt.
Matul l-intervista, Simon Busuttil ġie mistoqsi dwar numru ta’ suġġetti relatati mal-ġrajjiet kurrenti u mal-aħbarijiet dwar l-iskandli li qed joħorġu minn ħdan l-ogħla persuni ta’ poter f’pajjiżna – direttament minn Kastilja.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar kif bħalissa ninsabu f’turning point fil-pajjiż, hekk kif Joseph Muscat qed jitlef il-kredibbiltà. Hu indirizza wkoll il-kwistjoni tal-korruzzjoni, li hi problema li bħalissa tinsab fuq moħħ il-poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>