Minkejja s-sanzjonijiet li kontinwament qed ikunu imposti kontra l-Korea ta’ Fuq, il-provokazzjonijiet mir-reġim ta’ Pyongyang mhuma qed juru ebda ħjiel li se jżomm pass lura.
Dan hekk kif il-Korea ta’ Fuq għal darb’oħra sparat sensiela ta’ missili fid-direzzjoni tal-baħar barra mill-kosta fil-Lvant tal-pajjiż.
Dan seħħ tlett ijiem wara li l-Korea ta’ Fuq sparat missila ta’ tip differenti lejn il-baħar – l-ewwel darba li dan seħħ mill-2014.
Dan qed iseħħ fl-istess ħin li l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel qed iwettqu manuvri militari kbar, manuvri li jsiru kull sena biex iħejju għall-eventwalità ta’ attakk militari kbir mill-Korea ta’ Fuq u li ta’ kull sena jqanqlu kliem ostili ħafna minn Pyongyang.
Il-Korea ta’ Fuq tispara aktar missili
