Internazzjonali

L-ispiża tal-‘Brexit’

Hekk kif qed tkompli tirranka l-kampanja għar-referendum dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, imlaqqam “Brexit”, kien stmat li pass simili kien se jheżżeż l-ekonomija Ingliża.
Skont il-Confederation of British Industry (CBI) business group, it-tluq tal-pajjiż mill-UE sal-2020 kien se jiswa madwar 128 biljun ewro flimkien mal-impjieg ta’950,000 persuna. Dan ifisser li l-qgħad ikun bejn 2 u 3 fil-mija aktar għoli sal-2020 milli kieku l-pajjiż jibqa’ membru.
Ir-Renju Unit se joħroġ jivvota dwar jekk għandux jibqa’ membru jew le fit-23 ta’ Ġunju. L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika qed jindika li dawk favur u dawk kontra jinsabu ras imb ras, imma hemm madwar 20 fil-mija tal-elettorat li hu indeċiż.