Michael Camilleri Kamsky, il-General Manager tal-lukanda Westin Dragonara Resort, ingħata s-‘Special Achievement Award’ mill-kumpanija Starwood Hotels & Resorts Worldwide Inc, li l-lukanda tifforma parti minnha.
Camilleri Kamsky qeda bosta rwolijiet fil-karriera twila tiegħu fil-qasam tat-turiżmu f’Malta, kemm mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kif ukoll mal-privat, b’mod speċjali bħala lukandier.
Dan ir-rikonoxximent ingħata waqt il-Konferenza tad-Diviżjoni Ewropa, Afrika u l-LVant Nofsani tal-kumpanija, li qed issir fil-lukanda Westin Doha Hotel & Spa fil-Qatar.
//= $special ?>