Internazzjonali

FILMAT ĠDID JURI L-ISPLUŻJONI: Żewġ splużjonijiet fl-ajruport ta’ Brussell

Dalgħodu seħħew żewġ splużjonijiet qawwija fl-ajruport ta’ Zaventem fi Brussell.

Nies fil-post qed jgħidu illi raw dħaħen tilgħin mill-ajruport. Rapporti oħra qed jindikaw illi fil-mira kien hemm iċ-check-in desk tal-American Airlines.

Jidher illi kien hemm numru ta’ persuni li sofrew feriti kawża tal-isplużjonijiet, li seħħew għall-ħabta tat-8am. Eżatt wara, iddomina l-paniku fl-ajruport ta’ Brussell b’diversi persuni jiġu gwidati lejn il-ħruġ ta’ emerġenza bħala prekawzjoni.

Skont l-iskeda tal-lum, kellu jkun hemm titjira waħda li tħalli Malta lejn Brussell għall-ħabta tal-4pm.

Intant, l-awtoritajiet għalqu kompletament l-ajruport u kull ferrovija minn u lejn Zaventem ġiet sospiża.

Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.

spluzjoni