Edukazzjoni Knisja Lokali

Iċ-Church Schools Association tesprimi niket għat-telfa tal-Arċisqof Mercieca

Iċ-Church Schools Association, fi stqarrija, ingħaqdet mal-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex sabiex tesprimi s-sentimenti ta’ niket għat-telfa tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca. Hi stqarret l-iskejjel tal-Knisja se jżommu ħajja t-tifkira tiegħu billi jkomplu jkunu pijuniera fl-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ, fejn skont l-istess assoċjazzjoni, l-Arċisqof tant ħadem f’dan is-settur.

L-assoċjazzjoni twiegħed li se tkompli taħdem biex tħares l-identita’ u l-awtonomija tal-iskejjel tal-Knisja, filwaqt li tgħożż l-valur tad-djalogu li tant ħaddem il-Mons. Mercieca tul l-Episkopat tiegħu biex nfittxu li nkunu “Ilkoll aħwa fi Kristu”.