Il-Maltin li jinsabu fi Brussell għandhom jieħdu r-rakkomandazzjonijiet li qed joħorġu kontinwament mill-awtoritajiet tal-Belġju.
L-Ambaxxata Maltija fi Brussell qed tavża wkoll lill-Maltin kollha biex jibqgħu fi djarhom u jevitaw postijiet pubbliċi u l-użu tat-trasport pubbliku.
L-ambaxxata tista’ tiġi kkuntattjata fuq +32 4 7117 6896 jew +32 2 238 26 08. Wieħed jista’ jagħmel kuntatt ukoll mal-Pulizija Belġjana fuq in-numru ta’ emerġenza 101 jew 112 f’każ ta’ bżonn.
Bħalissa hemm problemi bil-linji tat-telefonija u għalhekk din tista’ tkun ir-raġuni għaliex xi Maltin mhux isir kuntatt magħhom.
//= $special ?>