Lokali

L-Air Malta bi flights għall-Maltin minn u lejn Dusseldorf

Il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta għada se topera żewġ titjiriet minn u lejn Dusseldorf, bil-Maltin li llum kellhom jiġu jew jitilqu lejn Brussell bejn illum u għada jiġu awtomatikament imniżżla għal din it-titjira.

Dan qed isir wara li llum tħassru t-titjiriet minn u lejn Brussell wara l-attakki terroristiċi.

L-Air Malta qed torganizza wkoll trasport bejn Brussell u l-ajruport ta’ Dusseldorf, bil-passiġġieri li jaslu f’Dusseldorf jittieħdu lejn Rue Archimede, 25, B – 1000, fi Brussell, ħdejn l-Ambaxxata Maltija.

Dawk li jieħdu t-titjiriet ta’ ritorn lejn Malta  (KM421 u KM 423) huma mitluba jkunu fl-istess post sas-14:15.