Pjanijiet ta’ ħafna li jżuru l-gżira Għawdxija għall-Festi tal-Għid jistgħu jsibu xi ftit intoppi, hekk kif bħalissa l-Gozo Channel qed taħdem b’vapur nieqes mit-tlieta li għandha fil-flotta.
Ħaddiema tal-Gozo Channel li tkellmu ma’ NETnews.com.mt spjegaw li qed jistennew li jħabbtu wiċċhom ma’ kjuwijiet twal ħafna, hekk kif il-kumpanija għadha mingħajr is-servizz tal-MV Malita, li hu wieħed mill-vapuri li jgħabbu l-vetturi fuq u isfel.
Meta din il-problema kienet diġà teżisti fi tmiem il-ġimgħa li għadda, il-kjuwijiet minn Malta baqgħu telgħin saħansitra sal-Bajja tal-Għadira.
//= $special ?>