Lokali

Raġel midrub gravi b’sikkina abbord vapur fit-tarzna

Libjan ta’ ħamsa u tletin sena sofra ġrieħi gravi meta allegatament kien aggredit minn raġel ieħor armat b’sikkina.

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-inċident seħħ abbord vapur sorġut f’tarzna li tinsab bejn il-Moll tal-Knisja u Xatt il-Mollijiet, il-Marsa, għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ dalgħodu (0315).

Fuq il-post, il-Pulizija tad-Distrett tal-Belt u r-Rapid Intervention Unit sabu lill-vittma b’ferita f’għonqu u għalhekk ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei, fejn ġie iċċertifikat li kien sofra ġrieħi gravi.

Sadattant, kien identifikat u arrestat raġel barrani ieħor li hu suspettat li kellu argument mal-vittma u wara ħebb għalih fuq il-pruwa tal-vapur.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.