Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil esprima sogħba mal-vittmi u kkundanna b’mod sħiħ wara l-attakki terroristiċi fi Brussell.
“Nieqfu b’mod speċjali mal-Maltin li jinsabu jew jaħdmu fi Brussell, iktar u iktar mal-Malti li safa’ ferut,” qal Simon Busuttil waqt xandira diretta fuq Net Television.
Fil-fatt Simon Busuttil għamel kuntatt ma’ Lorenzo Vella, il-Malti li safa’ vittma ta’ dan l-attakk u kellu bżonn il-kura, u awguralu l-fejqan ta’ malajr.
Kuntatt ukoll sar mal-Prim Ministru Joseph Muscat bl-għan li tiġi ndirizzata bl-aħjar mod possibbli s-sitwazzjoni tal-Maltin fi Brussell.
//= $special ?>

